Sports day Sports day
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal SPORTS DAY għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal SPORTS bl-idejn forma ta’ A. L-idejn iduru kontra xulxin pala ma’ pala fuq quddiem. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal JUM b’id waħda forma ta’ 1 bil-pala tħares ’il ġewwa. L-id tinżel mill-livell ta’ fuq ir-ras ’l isfel.
The sign for SPORTS DAY has two parts. (i) First the sign for SPORTS is made with the hands in the shape of A. The hands rotate in opposite directions, palms touching. (ii) Then the sign for DAY is made with one hand in the shape of 1 with palm facing inwards. The hand moves the level of the top of the head downwards.